Ħuġġieġa

Il-Ħuġġieġa toħroġ kull tlett xhur u fiha wieħed isib messaġġ mingħand id-diriġenti ta’ l-Azzjoni Kattolika, rapporti fuq attivitajiet li jkunu għaddew u lezzjoni għal kull ġimgħa. Biex tara l-kontenut ta' l-edizzjoniet msemmija hawn taħt, għafas fuq l-istampa jew ix-xhur.

Min jixtieq jabbona fil-Ħuġġieġa, jista jibgħat ċekk ta' Lm2.50, pagabbli lil Azzjoni Kattolika, fl-indirizz 'Il-Ħuġġieġa, Attn: Ms Helma Vella, Azzjoni Kattolika Maltija, Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441'. Ibgħat l-isem u l-indirizz tiegħek u tirċievi l-erbgħa edizzjonijiet li jkun imiss bil-posta.

Jekk trid tabbona iżda tiġborhom direttament mill-ħanut, il-prezz huwa ta' Lm2.25 għal erbgħa edizzjonijiet.

Il-Ħuġġieġa tinxtara wkoll mill-Bookshop ta' L-Azzjoni Kattolika li jinsab fl-Istitut Kattoliku malli tidħol mill-bieb prinċipali.

Biex tikkuntattjana, ibgħat e-mail.

Ottubru - Novembru - Diċembru 2007

Lulju - Awissu - Settembru 2007

April - Mejju - Ġunju 2007

Jannar - Frar - Marzu 2007