2006 2007

Flimkien F'Azzjoni                 23 Diċembru 2006

Fl-okkazjoni tal-lejl tal-Milied l-Azzjoni Kattolika Maltija qegħda tappella biex Kristu ikun fiċ-ċentru taċ-ċelebrazzjonijiet li ser nieħdu sehem fihom. Kristu twieled 2000 sena ilu u ġab miegħu imħabba, rispett u aċċettazzjoni. Dawn il-valuri sbieħ li nitkellmu dwarhom matul dan iż-żmien bi prominenza għandhom ikunu imħaddna mhux matul dan iż-żmien biss iżda matul is-sena kollha.

Meta nawgruaw ix-xewqat sbieħ lill kollegi, ħbieb u familjari ejja nżommu f’moħħna dak li qegħdin nawguraw u nibdlu dawn ix-xewqat f’azzjoni konkreta.

L-Azzjoni Kattolika Maltija qiegħda tappella ukoll għall-ċelebrazzjonijiet responsabbi li matulhom nħarsu saħħitna u saħħet dawk ta’ madwarna. Ejjew nagħmlu sforz kollettiv biex iċ-ċelebrazzjoni tat-twelid ta’ Ġesů Bambin tkun waħda pożittiva.

Dan il-messaġġ huwa parti mill-kampanja Flimkien f’Azzjoni li qed issir bil-għajnuna ta’ XFM Radio.