Flimkien f'Azzjoni

Riklam 1   Riklam 2      Riklam 3   Riklam 4

F’Diċembru ta’ l-2006, l-Azzjoni Kattolika tat bidu għal din il-kampanja li għandha tibqa għaddejja għal matul is-sena 2007.

Saret konferenza stampa li permezz tagħha ħriġna fil-pubbliku b’dak li kellna f’moħħna li nagħmlu. Tista taqra dak li ġara f’din il-konferenza stampa.

Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika ukoll għaddejjin bil-kampanja 'Love In Action' li qed timxi fuq l-istess prinċipju.

 

Deher artiklu fil-Ħuġġieġa ta' Jannar – Frar – Marzu fejn ġie spjegat dak li l’Azzjoni Kattolika tixtieq tilħaq permezz ta’ din il-kampanja.

 

Għalix Flimkien f'Azzjoni?

Matul il-festi li għaddew l-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) niediet kampanja bit-tema Flimkien F’Azzjoni. Din il-kampanja m’hix kampanja bħal ħafna oħrajn li jkunu mnedija matul dan il-perjodu għaliex l-iskop tagħha huwa li tkompli matul din is-sena. Għaliex?

Jekk matul iż-żmien tal-Milied aħna nitkellmu fuq tant valuri sbieħ li jgħaqqdu tant persuni, familji u gruppi flimkien, allura dawn l-istess valuri għaliex ma għadniex nibqgħu nippratikawhom is-sena kollha? B’dan il-ħsieb f’moħħna qegħdin inkomplu naħdmu biex il-kampanja li ġiet imnedija fiż-żmien tal-Milied tibqa għadejja matul din is-sena. Il-Kampanja Flimkien F’Azzjoni m’hix biss eżerċizzju publiċitarju li qiegħhed issir permezz tal-media Maltija. Il-kampanja Flimkien F’Azzjoni hija bbażata fuq AZZJONI KONKRETA li hemm bżonn li tkun meħuda minn kull wieħed u waħda minnha.

L-azzjoni tagħna ibażata fuq il-prinċipji sbieħ li tkellimna dwarhom matul iż-żmien tal-Milied nistgħu nibqgħu nippratikawhom b’mod konkret illum. Kif? Jekk kull persuna tagħżel li twettaq inizjattiva fil-komunitŕ li permezz tagħha ser tkun qed tgħhin persuna oħra b’xi mod jew ieħor allura inkunu qegħdin noħolqu soċjetŕ li tkun taf tħobb u tirrispetta b’mod konkret. M’aħniex nipretendu affarijiet kbar għaliex nemmnu li bil-ftit impenn mingħand kullħadd xorta waħda nistgħu noħolqu soċjetŕ aħjar.

Bla dubju li l-kampanja ser tkun suċċess kemm irridu llkoll kemm aħna. Aħna li nagħmlu parti mill-Azzjoni Kattolika nistgħu nagħmlu minn ħajjitna kampanja sħiħa ta’ eżempju konkret. Eżempju li ma jiqafx biss fil-laqgħa ta’ darba fil-ġimgħa iżda eżempju ibażat fuq impenn li permezz tiegħu inkunu qegħdin naħdmu fl-għalqa tal-Mulej.

Matul iż-żmien li ġej ser inkomplu nagħtu aktar informazzjoni dwar l-inizjattivi li ser ikunu qegħdin jittieħdu minn diversi fergħat, ċirkoli u kummisjonijiet. Nappellaw biex llkol nagħrfu nieħdu Azzjoni, kemm bħala grupp kif ukoll fuq livell individawli biex din il-kampanja tkun suċċess.

Martin Chetcuti PRO AKM.