2006 2007

Tesserament, Vista mill-Arċisqof

Vista Mill-Arċisqof

Fil-jum il-lajċi ġiet organiżżata laqgħa ġo l-Istitut Kattoliku bejn l-Arċisqof Pawlu Cremona u dawk in-nies li jagħtu minn ħinhom voluntarjament lil xi organiżżazzjoni non-governantali. L-Azzjoni Kattolika kienet inkarigata minn xi xogħolijiet zgħar, fosthom ushering u ritratti ta’ l-okkażjoni. Kollox beda meta l-Arċisqof iffirma ritratti tiegħu stess għal xi nies li kienu preżenti. Imbagħad iltaqa ma l-istaff tal-post u wara niżel ġos-sala fejn kulħadd kien qed jistennih bi ħġaru permezz ta’ kant mmexxi mill-kor, band u kantanti li kienu preżenti. Wara li n-nies ġew indiriżżati minn xi nies prominenti, inkluż l-Arċisqof, kien hemm laqgħa privata bejn l-Arċisqof u l-membri ta’ l-Azzjoni Kattolika li kienu preżenti.

Tesserament

Kif jiġri fil-bidu ta' kull sena ġdida, id-diriġenti ta' kull fergħa kienu mistednin l-Istitut Kattoliku għat-Tesserament. Matul iċ-ċelebrazzjoni, il-membri ta' l-Azzjoni Kattolika jikkommettu li jkomplu jaħdmu fi ħdan l-Azzjoni Kattolika matul is-sena li tkun għada kemm bdiet. Dan iċ-ċelebrazzjoni jagħti opportunità sabiex il-membri ta' l-Azzjoni Kattolika jerġgħu jiltaqgħu ma xulxin, jagħtu l-awguri għas-sena l-ġdida u jsiru jafu fuq dak li jkun għaddej fil-fergħat l-oħra. Qabel ma kienet waslet il-ġurnata, sar ħafna xogħol minn dawk li kienu involuti fil-preparament ta din l-attività. Sas 18:15, is-sala ġo l-Istitut Kattoliku kienet imtliet u Patri Damian Cachia u Dun Michael Bellizzi qaddsu l-Quddiesa. Kwazi l-fergħat kollha kienu involuti fil-Quddiesa b'xi mod jew ieħor. Fl-aħħar tal-Quddiesa kien hemm iċ-ċans sabiex nitħalltu flimkien u nieħdu ukoll xi ikel u x'nixorbu.