2006 2007

Awguri tas-sena l-ġdida lil Arċisqfijiet

Nhar il-Ħadd, 30 ta' Diċembru żammejna t-tradizzjoni u morna niltaqgħu mal-kapijiet tal-Knisja Maltija. Din is-sena kien hemm l-Arċisqof Mons. Ġużeppi Mercieca, l-Arċisqof elett Mons. Pawlu Cremona u l-Isqof Awżiljarju Mons. Annetto Depasquale. Tkellimna xi ftit maghhom fuq diversi affarijiet, tajnihom l-awgurji tagħna għas-sena li ser tibda u ħadna ritratt kollha flimkien qabel ma tlaqna.

 

Konferenza Stampa biex tagħti bidu għal kampanja Milied f'Azzjoni

L-ispeakers, udjenza u l-ġurnalisti inġabru flimkien ġo l-Istitut Kattoliku għat-tħabbir tal-kampanja tal-Milied li ser tkun proġett ta' l-Azzjoni Kattolika. Matul il-konferenza stampa instemgħu erbgħa riklami li ser jinstemgħu fuq ir-radjijiet lokali. Imbagħad kien imiss l-ispeakers biex jagħtu l-kontribut tagħhom. Fl-aħħar tal-konferenza stampa ġew mwieġba xi mistoqsijiet li kien hemm. L-għan tal-kampanja huwa li l-Milied ikompli matul is-sena kollha u biex dan l-għan jitwettaq diversi fergħat ta' l-Azzjoni Kattolika serjrin jagħmlu xogħol fil-komunita'. Ezempju tax-xogħol huwa li jiġu adottati xi anzjani jew istituti u jinżamm kuntatt magħhom u tiġi offerta għajnuna fejn hemm bżonn.

Deher rapport fuq il-website ta' Malta Right Now.

Riklam 1   Riklam 2   Riklam 3   Riklam 4

Mr. Martin Chetcuti - PRO Azzjoni Kattolika

Nilqakom għal din il-konferenza stampa li permezz tagħha qegħdin inniedu l-kampanja Flimkien F’Azzjoni. Kampanja li għandha l-għan li twassal messaġġ dwar l-importanza ta’ Ċittadinanza Attiva fost il-poplu Malti.

Din il-kampanja għandha s-support ta’ diversi organizzazjonijiet li llum ukoll għażlu li jkunu magħna għal din l-okkażjoni. Fil-fatt din il-kampanja qegħda tiġi ssapportjata  mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali, Caritas Malta u d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa. Huwa unur għalina ukoll li din il-kampanja hija ssaportjata mill-gvern Malti u l-oppozizzjoni Maltija.

Qegħdin fi żmien il-Milied, żmien li matulu huma hafna dawk li jiċċelebraw, permezz ta’ parties, rigali u metodi oħrajn ta soċjaliżżazjoni. Bħal dan iz-zmien nisimgħu ħafna ukoll b’kampanji li jippromovu l-valuri tas-solidarjetà u responsabiltà' fost l-oħrajn. Dan kollu huwa f’waqtu għaliex nemmnu li soċjetà b’saħħitha għandha tkun attiva biex tippromovi valuri u attitudnijiet li permezz tagħhom jinħoloq il-paċi u trankwilità' fost iċ-ċittadini. Matul dan iż-żmien nisimgħu ħafna awguri ġejjin minn diversi bnadi. Awguri li anke jdaħħlek f’atmosfera partikolari li ħafna drabi tiġi deskritta bħala ‘Atmosfera tal-Milied.’

Bla dubju li atmosfera bħal din ta min ninvestu fiha, izda mhux fil-Milied biss imma matul is-sena kollha. Huwa għalekk li l-Azzjoni Kattolika Maltija għażlet dan iż-żmien biex tniedi din il-kampanja. Kampanja fejn qiegħed jiġi mistieden kullħadd biex dawn l-istess valuri li qegħdin insemmu ma jkunux imħaddna biss matul iż-żmien tal-Milied, anzi matul is-sena kollha. Iż-żmien tat-tnedija ta l-inizjattiva matul il-milied huwa strumentali biex b’hekk inkomplu nibnu aktar inizjattiva għaż-żmien li ġej. Dan jista jsir permezz ta’ commitment gej minn persuni varji li flimkien joħolqu sinerġija ta ġid konkret.

Matul din il-kampanja l-Azzjoni Kattolika ser tkun qegħda twassal dan il-messaġġ b’diversi metodi. Fil-fatt illum ser inniedu diversi inizjattivi li ġew meħuda minn friegħi u kummisjonijiet differenti fi ħdan l-organizzazjoni.

Fil-fatt għal din l-okkazjoni ser inniedu tlett PSA's tar-radju li sejrin ikunu imqassma lill-istazzjonijiet tar-radju kollha. Dawn il-messaġġi ser nisimgħuhom minn hawn u ftit ieħor.

Il-messaġġ ta’ din il-kampanja qiegħed jiġi mwassal ukoll permezz ta publikazzjoni ta poster ġdid li qiegħed jirrapreżenta l-azzjoni tagħna mil-qalb għal-ġid tas-soċjetà' li qegħdin ngħixu fiha. Dan il-poster qiegħed jitqassam f’diversi parroċċi, ħwienet u postijiet publiċi oħrajn.

Il-kampanja Flimkien F’Azzjoni mhix ser tkun tikkonsisti biss f’artikli fil-ġurnali, u avvizi fuq radios iżda anke f’Azzjoni konkreta li ser tkun qegħda tittieħed mill-membri ta’ l-Azzjoni Kattolika. Dettalji dwar dan ser jingħataw aktar fi ftit ħin ieħor mill-President Ġenerali ta l-Azzjoni Kattolika.

 

Ms. Joyce Pullicino - President Azzjoni Kattolika

Bla dubju ta’xejn, waħda mill-karatteristiċi tal-poplu tagħna hi l-ġenerożita.  Il-provi ta’dan jidru b’mod viżibli fl-għoti ta’ flus b’mod partikolari fi żmien il-Milied. Imma l-ġenerożita ma timmanifestax ruħa biss f’l-għoti ta’flus imma b-diversi modi oħra fosthom:

l-attenzjoni li tant Maltin jagħtu lill-qraba, ħbieb u l-ġirien tagħhom, speċjalment lill-dawk li għandhom bżonn din l-attenzjoni;

in-numru kbir ta’Maltin membri f’waħda mill-ħafna għaqdiet filantropiċi li b’tant sagriffiċċi jagħmlu ħilithom biex itejbu l-kwalita tal-ħajja ta’ tant minna;

dawk il-Maltin kolla li jaħdmu, b’generożita u b’impenn kbir, f’setturi ta serviżż, bħal minn jaħdem fis-Serviżżi Soċjali, fl-isptarijiet ,ma’l-anzjani mat-tfal f’l-istituti u f’l-iskejjel, ma’ persuni bi bżonnijiet speċjali, ma min hu maħkum b’xi vizzju u ma’ tant oħrajn.

Illum, permezz ta’din il-kampanja l-Azzjoni Kattolika tixtieq toħroġ għall-attenzjoni tal-poplu Malti din l-kwalita hekk sabiħa li tider aktar b’mod intensiva matul dan iż-żmien imma li isseħ matul is-sena kolla. Dan qeda tagħmlu mhux biss biex taghti ġieħ lill-dawn in-nies izda biex tinkoragixxi lill poplu Malti ħalli jaghraf it-tajjeb li ghandhu u jipprattikah tul is-sena kollha.

Din hija inizjattiva li bdewgħa erba’ snin ilu iż-ZAK, Żgħażagħ Azzjoni Kattolika, u din is-sena stiednu lill membri adulti biex jipparteċipaw magħhom biex permezz tal-Komunjoni jasal messagg car u konkret ghand is-socjeta Maltija. Din il-kampanja ma tikkonsistix biss f’ attivitajiet ta’ karita li jigu organizzati matul iz-zmien tal-Milied biss, izda hija immirata biex  tul is-sena kollha jibqa jigi mwettaq dan ix-xoghol fejjiedi li permezz tieghu inkunu qeghdin ninvestu f’socjeta li thobb u tikkopera permezz ta’ Azzjoni konkreta.

Dan kollhu jista jsir anke fuq livel individwali ghaliex wara kollox kullhadd ghandu rwol importanti fis-socjeta li qeghdin nghixu fiha. B’hekk llkoll kemm ahna ghandna nkunu cittadini attivi matul is-sena kollha.

Fost id-diversi opri ta’ solidarjeta li l-Azzjoni Kattolika torganizza nsibu:

Ix-xogħol li jwettqu diversi membri fil-paroċċi ma’ persuni fil-bzonn u mal-morda. Insemmi b’mod speċjali dawk li jiffosterjaw it-tfal. Għall- din l-okkażżjoni il-Fergħa Nisa qeghda tingħaqad ma l-inizjattiva li hadu iż-żgħażagħ u huma wkoll permezz tal-projett Love in Action qeghdin jadottaw istitut jew dar ta’ l-anzjani u joffru l-għajnuna tagħhom b-mod regolari. Inizjattiva ohra imwettqa parti minn dan l-istess progett miz-zghazagh taz-ZAK hija li membri minn diversi gruppi qeghdin imorru jaghlmu l-Ingliz lir-refugjati. Bla dubju inizjattiva ohra li b’mod konkret iz-zghazagh qeghdin ihallu marka posittiva fuq il-hajja ta individwi ohrajn.

Is-Segretarjat Assistenza Soċjali jghin lil familji milqutin mill-qgħad, ex-ħabsin b’diffikulta finanzjarja, refuġġiati u persuni barranin, tfajliet ommijiet,  romol, anzjani, persuni bi bzonnijiet speċjali. Is-SAS qeghda tghin ukoll persuni oħra fi bzonn finanzjarju minħabba raġunijiet ta’separazzjoni familjari, vizzji ta’logħob, xorb u droga, problemi psikjatiċi u raġġunijiet oħra ta’saħħa, waqt li tirreferi diversi kasi lill-agenziji speċjallizzati filantropiċi jew statali u tghin b’mod immedjat persuni irreferuti lilha mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali sakem dawn ikunu jistu jgħinu b’mod aktar intensiv u fit-tul.

Kif smajna ftit hin ilu s-Segretarjat Assistenza Socjali nieda zewg avvizi ghar-radjijiet li permezz taghhom qieghed jappella ghal azzjoni mehuda fuq il-valuri ta l-imhabba u l-gustizzja socjali mis-socjeta kollha.

Id-Dar Familja Mqaddsa ta’ l-anzjani tospita 66 anzjan u minn hawn u ftit zmien iehor ser tiftaħ il-bibien tagħha għall-għoxrin oħra. f’akkomodazzjoni fi kmamar għall-bniedem waħdu bil-kmamar tal-banju en suite.

Il-Kummissjoni Morda u Persuni bi Bzonnijiet Speċjali tagħti wens permezz tal-perjodiku  “Il-Faraġ” li jitqassam b’xejn. Din il-kummissjoni qeghda twettaq hidmitha ukoll permezz ta inizjattivi ohrajn li jinkludu programm “Solidarjeta” li għall-dawn l-aħħar sittin sena xxandar kull ġimgha fuq Radio Malta, laqgħat soċjali, religjużi u rekrejattivi li torganizza ta’spiss għall-adulti u għaż-żgħażagħ.

Għal din l-okkażjoni l-Kummissjoni qeghda tistieden lill-morda u lill-anzjani biex huma wkoll jagħtu l-kontribut tagħħom billi jiffurmaw katina ta’ talb. Il-kummissjoni qeghda titlob l-għajnuna tal-ministri straordinarji tat-tqarbin permezz tal-Kappilan tal-paroċċa tagħhom biex fi żmien il-Milied jwasslu lill-morda fuljett bit-talba ibbazzata fuq il-ġrajja tat-tnissil ta’ Gesu: “L-Angelus” u jgħid huwa magħhom biex huma jissieħbu man-nies kolla ta’ rieda tajba u permezz tat-talb jgħinu lill-minn hu fl-bzonn.